Friday, May 12, 2006

Kemm nifilhu nixxidjottaw!!

'Nixxidjottaw' hija l-kelma li juza Francis Ebejer fid-dramm tieghu "Il-Hadd fuq il-Bejt" sabiex jirreferi ghall-attitudni ta' dawk il-Maltin li jwarrbu dak kollu li hu Malti waqt li jhaddnu valuri barranin. Bhalu nahsibha jiena. Bl-istess mod stupidu ta' kif ix-xadini jippruvaw jimitaw lin-nies, dawn il-Maltin jilaqghu kulturi (jekk tista' ssejhilhom hekk) barranin ghax minghalihom li tal-barrani kollox tajjeb.

L-istess tema nsibuha zvillupata fil-poezija "Incest-Notturnata lil Malta" ta' Mario Azzopardi. Il-poeta Malti li ghad fadallu d-demm jigri go gismu jistqarr kif quddiem dan il-pajjiz li tradixxa lill- valuri tieghu stess huwa jhossu mnezza' minn kull motivazzjoni. Azzopardi jzid juri bil-qawwa kollha kif din ic-cahda ta' gheruqna hija immorali daqs l-izvergnar ta' tifel jew tifla.

Nisthajjel li wiehed jistaqsi: mela ghalfejn, int, ma kontx minn ta' l-ewwel biex tiddedika dawn il-pagni tieghek bhala lok fejn jintuza l-Malti?
U jiena nwiegeb: hemm zewg ragunijiet ghal dan il-fatt.

L-ewwel wahda hi li fil-hajja ta' kuljum jiena nippratika hafna izjed il-Malti milli l-Ingliz u allura rajt dan il-blog bhala opportunita` fejn nista' nippratika u nesprimi ruhi bil-lingwa Ingliza. Apparti minn hekk, jiena m'hiniex kontra l-uzu tal-Ingliz anzi naghraf tajjeb il-bzonn tieghu fid-dinja moderna. Pero`, nemmen li wiehed ghandu jzomm bilanc u jaghmel uzu mill-kultura li trabba fiha qabel idur ghal dak li huwa esterjuri minnu. Min jahseb li billi jwarrab il-passat ta' pajjizu, ifisser li issa sar avvanzat jiddispjacini nghidlu izda huwa l-ikbar injorant li jista' jkun qed jghix fuq wicc id-dinja.

Kif tista' tkun qed tifhem lilek innifsek jekk qed titwarrab minn dawk il-karatteristici li int mibni bihom? Kemm se ndumu laqgha tal-barrani? Tul sekli shah bqajna l-istess; ningidmu u nergghu bhal cwiec immorru nitkarbu quddiem gnus ohra meta fir-realta` m'ghandniex ghalfejn. Ejjew ma ndardrux l-ghajn li qeghdin nixorbu minnha!!

4 comments:

Coemgen said...

"ghax minghalihom li tal-barrani kollox tajjeb"

Ma hemm xejn ħażin f'li tara ta ħaddieħor u tipprova timitaħ jew tagħmlu aħjar, sakemm dan ikun għal ġid. Li ma tridx hu li tieħodha bħala regola ġenerali li ta barra kollu tajjeb. Ħażin ukoll li ilsienek iken dejjem lest biex tilgħaq l-barrani. Ma jdoqqlix dan ix-xogħol jien.

born_to_try said...

Jiena forsi ridt inkun izjed ezatta fi kliemi. F'dik il-kitba qed nirreferi ghal dak it-tip ta' nies li minghalihom li huma superjuri sempliciment ghax jitkellmu bl-Ingliz kuljum jew inkella ghax joqghodu fl-ibliet filwaqt li jippontaw subajhom u jzebilhu lil haddiehor li skond huma hu inferjuri minnhom

Coemgen said...

Eh ok.

"dak it-tip ta' nies li minghalihom li huma superjuri sempliciment ghax jitkellmu bl-Ingliz kuljum"

Ittraduċi kelma b'kelma: mistoqsija ta 100 punt.

Taqsamx it-triq kif ġie ġie għax ittajrek il-karozza tal-linja.

Risposta mingħand xi ħadd li jitkellem bl-Ingliż kuljum:

"Don't cross the road as come come because of the line will fly you"

M'hemmx għalfejn nispjega għaliex għamilt jumejn maħnuq!

born_to_try said...

Hehe ezatt, ghax uhud minn dawn in-nies tant ikunu jinsabu fi krizi lingwistika li mhux talli ma jkunux jafu bil-malti imma lanqas l-ingliz ma jkunu jafu kif suppost!!

Get well soon mela ;)